CONTEMPORARY CONVERSATIONS
Ma' Kurt Borg
02 October 2024 | 7:00pm-8:30pm
Free Entry

Ingħaqad magħna għat-tnedija tal-ktieb ta' sens ta' harifa ta' Kurt Borg. Bil-parteċipazzjoni ta' Immanuel Mifsud, Loranne Vella, Joe Gatt, Omar N'Shea u Mario Aquilina. Mużika minn Noah Fabri.
Ftit dwar Kurt Borg. Kurt twieled u trabba Ħal Luqa, u llum joqgħod Ħ’Attard. Skopra l-filosofija b’inċident, u studjaha f’universitajiet f’Malta u l-Ingilterra. Bl-iskuża tal-istudji, qatta’ ħafna ħin iħuf f’parks u boulevards. Fir-riċerka tad-Dottorat, ingaġġa mal-implikazzjonijiet etiċi u politiċi ta’ meta persuna tirrakkonta t-trawma tagħha f’kuntesti istituzzjonali. Fost oqsma oħra, jispeċjalizza fit-teorija poststrutturalista, u f’kif din tgħinna nħarsu lejn l-identità, il-poter u r-reżistenza. Il-kitbiet tiegħu ġew ippubblikati f’kotba u ġurnali akkademiċi kif ukoll f’gazzetti u rivisti. Huwa koeditur tal-ktieb Xi Tfisser Tkun Bniedem? (Horizons, 2023). Ix-xogħol tiegħu deher ukoll fil-ġurnal letterarju Aphroconfuso. Kurt huwa lettur fl-Università ta’ Malta. sens ta’ ħarifa hija l-ewwel ġabra t’esejs tiegħu.