CONTEMPORARY CONVERSATIONS
Ma' Ryan Falzon
Immoderat minn Francesca Zammit
17 October 2024 | 5:30pm-7pm
Donazzjoni ta' €5
(Membri b'xjen)

Ingħaqad magħna għall-ewwel edizzjoni ta’ Contemporary Conversations. Immoderat minn Francesca Zammit, se nesploraw il-prattika tal-kitba ta’ Ryan, l-ewwel rumanz tiegħu SAJF u ngawdu qari mix-xogħol tiegħu
Ftit dwar Ryan Falzon. Ryan, huwa artist viżiv, kittieb u edukatur. Ix‐xogħol viżiv tiegħu huwa sinonimu ma’ pittura b’kuluri jgħajtu, motivi florali, karozzi, ir‐rappreżentazzjoni tal-ġisem uman, id‐dinja tal-internet, slogans, u kummenti mislufa mill-ġrajjiet kurrenti u l‐kultura popolari. Ix‐xogħol riċenti tiegħu, kemm viżiv kif ukoll miktub, idur mal-ġenerazzjoni millenjali, ix‐xenarji postpandemiċi, relazzjonijiet, duwalità, u divinità.
Ryan ħareġ l‐ewwel rumanz tiegħu SAJF fl‐2022, u kien wieħed mill-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl‐2023. Fl‐2024, intgħażel għall-programm tal-Unjoni Ewropea Ulysses Shelter. Fl-istess sena, Ryan ingħata l‐Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Awtur Emerġenti.
Għal informazzjoni dwar il-membership tagħna ibad email lil-Maria fuq maria@vallettacontemporary.com. Donazzjonijiet jappoġġjaw il-Norbert Francis Attard Foundation.
Save the date, 2nd November 2024, for a bi-lingual Creative Writing Workshop by Ryan Falzon. More details soon!